Skip to Content

Transport Malta għadha qed tevalwa studji dwar is-sigurtà marittima tat-tanker tal-gass li ġej f’Marsaxlokk

Closed
by August 20, 2016 General
Prime Minister Joseph Muscat at the sail away of ARMADA LNG MEDITERANIA at Keppel shipyard Singapore

It-tanker għadu sorġut f’Singapore

Minkejja li t-tanker tal-gass mistenni jkun sorġut f’Marsaxlokk f’nofs ix-xahar id-dieħel, Transport Malta għadha qed tevalwa studji mil-lat tas-sigurtà marittima. Dan kien żvelat fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal The Times of Malta.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi marru Singapore għal ċerimonja bil-pompi kollha biex ivaraw it-tanker li se jkun sorġut f’Marsaxlokk għal 18-il sena minkejja li l-istudji marittimi għadhom mhux lesti.

F’Marzu 2014, l-għaqdiet ambjentali kienu diġà oġġezzjonaw għall-fatt li dawn l-istudji ma sarux jew mhux lesti. Dakinhar, huma sostnew li l-permess għall-Power Station bit-tanker stazzjonat f’Marsaxlokk ma kellux jinħareġ qabel ma jkunu tlestew dawn l-istudji.

The Times of Malta rrapporta li l-istudju marittimu kkummissjonat mill-Konsorzju Electrogas sar minn Istitut tar-Riċerka Marittima fl-Olanda. Madankollu, dan ma ġiex ippubblikat u Transport Malta rrifjutat talbiet tal-ġurnal biex jingħata kopja.

U filwaqt li Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri marru jippużaw f’Singapore għaċ-ċerimonja tas-suppost tluq tal-vapur fl-1 ta’ Awwissu li għadda, 19-il jum wara, it-tanker “Armada LNG Meditarrana” (li sa ftit ilu kien iġib l-isem “Wakaba Maru”) għadu sorġut f’Singapore.

Tanker Armada LNG Medterrana Port Singapore 190816

Tanker Armada LNG Medterrana Port Singapore 190816


Previous
Next