Skip to Content

Inter jirbħu l-grupp ta’ Singapore tal-International Champions Cup

Closed
by July 29, 2017 General

Football Internazzjonali: Iktar kmieni llum Inter rebħu l-grupp tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-International Champions Cup ta’ Singapore liema kompetizzjoni ntlagħbet bejn tliet teams. Inter illum rebħu kontra Chelsea bl-iskor ta’ 2-1. Inter min fuq permezz ta’ rebound minn penalty ta’ Stevan Jovetic għal 1-0. It-2-0 skorjat minn Ivan Perisic fit-53minuta. Wara kien aoutogoal inkredibbli ta’ Geoffrey Kondogbia fl-74 minuta li għamel l-kskor finali Inter 2 Chelsea 1.

It-team taljan qed jieħu sehen ukoll fil-grupp l-ieħor tal-International Champions Cup li qed isir fiċ-Ċina.

Minn dan il-grupp illejla ntant f’nofs il-lejl jilagħbu Manchester City kontra Tottenham Hotspur, fis-2am jiltaqgħu Real Madrid u Barcelona fl-ewwel l Classico tal-istaġun filwaqt li għada fl-10pm jilagħbu Roma kontra Juventus.

Previous
Next